X

Servizz ta’ trasport b’xejn għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’arranġament ma’ Transport Malta, se jiġi offrut is-servizz ta’ trasport b’xejn aktar kmieni mis-soltu, is-Sibt 25 ta’ Mejju.

Dan qiegħed isir biex jiġi ffaċilitat it-trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fis-6.00 am.

Ir-rotot skedati kollha 1, 2, 3, 4, 13, 14, 16, 21, 22, 24, 31, 35, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 52, 53, 54, 58, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 81, 82, 83, 84, 88, 91, 92, 93, 94 u 122 ser jitilqu mill-outstations fil-5.00 am. L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.30 am.

Dan is-servizz ta’ trasport huwa bla ħlas sakemm il-persuna turi t-tag tal-identità maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.

Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta’ minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta.

Skeda għat-Trasport 25.05.19