Saħħa
Servizz tas-saħħa mentali fil-berġa ta’ Tas-Sliema

Uħud mis-servizzi li kienu jingħataw biss mill-isptar komplew jinfirxu fil-lokalitajiet.

Fl-aħħar xhur għadd ta’ bereġ ġew immodernizati u żdiedu s-servizzi li jingħataw.

L-aħħar berġa li ġiet rinovata hija dik ta’ Tas-Sliema, fejn għall-ewwel darba beda jingħata wkoll servizz tas-saħħa mentali.

Maġenb il-bini tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, ġiet inawgurata berġa ġdida tal-gvern li se taqdi l-ħtiġijiet tas-saħħa tas-Slimiżi.

Fil-berġa ta’ Tas-Sliema minbarra s-servizz ta’ tabib tal-familja u infermiera se jingħata wkoll servizz ta’ patoloġija tal-lingwa mitkellma. Hu stmat li din il-berġa se tagħti servizz lil erbatax-il elf persuna, b’madwar sitt elef minnhom se jieħdu s-servizzi b’mod regolari.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, qal li f’din il-Berġa se jkun hemm is-servizz ta’ saħħa mentali fil-komunità. Qal li l-klinika f’Tas-Sliema se taqdi wkoll pazjenti mil-lokalitajiet tal-madwar.

“Biex b’hekk inkunu qed noħorġu aktar pazjenti mill-isptarijiet tagħna fejn jidħol outpatients u flimkien ma’ numru ta’ ċentri oħrajn bħalma hu Ħ’Attard, bħalma hu Tal-Pietà, bħalma huwa ż-Żurrieq, bħalma ħa nagħmlu wkoll fil-Birgu nkunu qed noffru servizz ta’ outpatients psikjatriku ġewwa l-Bereġ tagħna viċin il-pazjenti fil-komunità.”

Il-Ministru Fearne qal li hija l-politika tal-gvern li kemm jista’ jkun il-kura tas-saħħa tingħata lil hinn mill-isptar. U għalhekk qal li l-berġa ta’ Tas-Sliema hija waħda minn sensiela ta’ bereġ li ġew rinovati fl-aħħar xhur. Qal li fil-ġejjieni se jiġu rinovati aktar bereġ u semma dik fiż-Żejtun u fiż-Żurrieq fost oħrajn.

Żied li d-Dipartiment tas-Saħħa qed jaħdem mill-qrib mal-Kunsilli Lokali, li jieħdu ħsieb iż-żamma tal-bereġ.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar