Kultura
Sett ta’ bolol bi statwi meqjuma f’diversi Parroċċi

Il-MaltaPost ħarġet it-tielet sett ta’ bolli bi statwi meqjuma f’diversi Parroċċi fil-Gżejjer Maltin. Permezz tagħhom, il-Maltapost qiegħda ixxerred għarfien dwar il-festi Maltin u l-wirt u l-arti sagra mhux biss f’Malta iżda fost il-kollezzjonisti tal-bolli madwar id-dinja.

L-istatwi proċessjonali ta’ San Publiju tal-Furjana, ta’ San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ, ta’ Santa Katerina taż-Żejtun, ta’ San Ġwann Battista tax-Xewkija, ta’ Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, ta’ Marija Annunzjata ta’ Ħal Balzan, ta’ Santa Venera f’Santa Venera, tal-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk, ta’ San Lawrenz il-Birgu u tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar huma l-protagonisti tat-tielet serje ta’ bolli postali dwar il-festi Maltin.

Il-Kap tat-taqsima tal-Filatelija tal-MaltaPost Mary Grace Simpson qalet li s-sett tal-bolli ser ikun limitat u kull bolla għandha valur ta’ 28 ċenteżmu.

Maria Grace Simpson qalet “apparti li hija mfittxija ħafna mill-kolletturi, hija ħafna popolari mal-pubbliku inġenerali, nafu li l-Maltin għandhom ħafna għal qalbhom il-festi u din is-serje kienet ta’ suċċess u qed ifittxuha ħafna”.

Dan huwa t-tielet sett ta’ bolli bl-istatwi proċessjonali li bihom l-Maltapost qed tkabbar ukoll l-għarfien dwar il-wirt storiku kbir tal-festi Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Politika

L-Unjoni Ewropea qablet li torganizza missjoni militari mill-baħar u mill-ajru fil-lvant tal-Mediterran fi sforz biex twaqqaf it-traffikar tal-armi bejn ġellieda u milizji rivali fil-Libja. Dan ser isir biex ma jkomplix…

Aktar