Kronaka
Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta fil-Gżira

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta fil-Gżira.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:30 fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira.

Il-Pulizija mill-Għassa tas-Sliema marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Honda CRV misjuqa minn raġel ta’ 70 sena minn San Ġwann u mutur tat-tip Honda PC34 misjuq minn raġel ta’ 34 sena wkoll mill-istess lokalità.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal kura.

Aktar tard, is-sewwieq ta’ mutur ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.