Kronaka
Sewwieq ta’ mutur ferut gravi f’inċident f’Birżebbuġa

Raġel ta’ 38 sena li joqgħod Ħal Balzan ilbieraħ weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45pm fi Triq Ħal Far.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn irriżulta li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur Kawasaki li kien qiegħed
isuq u waqa’.

Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.