Kronaka
Sewwieq ta’ mutur ferut gravi wara ħabta f’Santa Venera

Sewwieq ta’ mutur ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, f’Santa Venera.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.40 tal-bieraħ filgħaxija. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija jirriżulta li kien seħħ impatt bejn il-mutur u vettura misjuq minn Ingliż ta’ 23 sena, li jgħix Ħal Għargħur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga.