Kronaka
Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident fi Triq il-Kosta

Raġel Ungeriż ta’ 43 sena isofri ġrieħi serji wara inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 il-Pulizija fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tal-għamla Suzuki Hayabuza, tilef il-kontroll u skidja.

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Audrey Demicoli li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Niżlu għal 10 il-każijiet attivi tal-COVID-19 f’Malta. Dan wara li għal darb’oħra, fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm ebda każ ġdid irreġistrat. Fuq nota pożittiva oħra fieqet persuna. Biex b’hekk…

Politika

Il-Prim Ministru Dr Robert Abela qal li fid-dawl tal-qasma fl-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu responsabbiltà ikbar li jżomm l-istabbilità fil-pajjiż. F’kummenti lill-midja wara li ġiet fi tmiema konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru qal…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa, ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat f’ħidma oħra kontra t-traffikar tad-droga. Wara diversi jiem t’osservazzjoni, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga interċettataw vettura f’Ħaż-Żabbar li kienet qiegħda tinstaq…

Lokali

Il-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia qal li l-politiku sikwit jiġi kkritikat li jaħseb biss f’ċikli elettorali ta’ ħames snin jew ftit iktar iżda fil-qasam tal-ambjent, l-iżvilupp u l-ippjanar, il-Gvern issa qed…

Aktar