Kronaka
Sewwieq ta’ mutur imut traġikament f’San Ġiljan

Raġel ta’ 53 sena mis-Serbja li kien jgħix Birkirkara tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.15 p.m. fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur BMW u waqa’.

Huwa ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

 

Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.