Lokali
Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident fix-Xemxija

Raġel Malti ta’ 29 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ f’Telgħet ix-Xemxija f’San Pawl il-Baħar għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.