Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta f’Birkirkara

Raġel ta’ 51 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu fi Triq Dun Gejtanu Mannarino.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur tat-tip Kymco Agility misjuq minn Bulgaru ta’ 51 sena residenti Tas-Sliema, u vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 49 sena residenti l-Ħamrun.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.