Kronaka
Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta f’Bormla

Taljan ta’ 43 sena li jgħix il-Gżira weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Bormla.

Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Għajn Dwieli għall-ħabta tas-7.30 ta’ dalgħodu.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn irriżulta li seħħet ħabta bejn il-vettura tal-għamla Kia Ceres, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’
52 sena li jgħix il-Marsa u l-mutur tal-għamla Kymco, li kien qed jinstaq mit-Taljan.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.