
Kronaka
Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta f’Tas-Sliema
Raġel ta’ 68 sena li joqgħod Tas-Sliema weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Tas-Sliema stess.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kienu xi t-3.00 ta’ waranofsinhar xħin intalbet tassisti fi Triq Blanche Huber.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel, li kien qed isuq mutur Honda, kellu impatt ma’ karozza Citroen li kienet qed tinstaq minn raġel Taljan ta’ 33 sena li joqgħod Ħ’Attard.
Hu ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.