Kronaka
Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza f’Birkirkara

Raġel ta’ 23 sena li jgħix San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident f’Birkirkara.

L-inċident seħħ illum wara nofsinhar, għall-ħabta tas-1.15pm fi Triq Dun Karm.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn irriżulta li mutur tat-tip Royal Enfield misjuq mir-raġel ta’ 23 sena, ħabat ġo vettura tattip Vauxhall Insignia li kienet wieqfa fil-karreġġjata ta’ barra minħabba ħsarat.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.