Lokali
Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Għajnsielem

Raġel ta’ 51 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Għajnsielem. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Kemmuna għall-ħabta ta’ nofsinhar.

L-inċident seħħ meta s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.