Kronaka
Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident fil-Mellieħa

Ġermaniż ta’ 37 sena weġġa’ gravi meta llum waranofsinhar kien qed isuq mutur fil-Mellieħa.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħa għall-ħabta tas-13.45hrs fi Triq l-Assedju l-Kbir.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel, li joqgħod il-Mellieħa stess, kien qiegħed isuq mutur Husqvarna, tilef il-kontroll u waqa’.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin