Lokali
Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara ħabta fl-Imġarr

Raġel ta’ 56 sena residenti San Pawl il-Baħar ittieħed l-isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Tuffieħa l-Imġarr. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ waranofsinhar.

Mill-ewwel stħarriġ rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur, misjuq mill-vittma u vettura, misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Imġarr.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.