Filmat: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ wara ħabta fil-Mosta

Sewwieq ta’ mutur ta’ 20 sena minn San Pawl il-Baħar sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’ħabta ma’ vettura fil-Mosta.

accident JupiterL-inċident seħħ ftit qabel in-nofsiegħa, eżatt mar-roundabout fit-tarf tal-Mosta.

Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-isptar.

Jidher li s-sewwieq ma ġarrabx ġrieħi serji.

Meta tiltaqa’ ma xi ħaġa tista’ tibagħtilna r-ritratti fuq [email protected]