Kronaka
AĠĠORNAT: Mara tweġġa’ wara li skidja l-mutur li kienet passiġġiera fuqu

Mara ta’ 35 sena minn Pembroke weġġgħet ħafif wara li l-mutur li kienet fuqu skidja.

L-inċident seħħ fi Triq in-Naxxar, Birkirkara, għall-ħabta tal-9.45 a.m. fi Triq in-Naxxa

Hija kienet riekba mutur misjuq minn raġel ta’ 37 sena mill-Fgura meta dan tilef il-kontroll u waqa’.

Minbarra l-pulizija fuq il-post issejħet ambulanza biex tagħti l-għajnuna lill-passiġġiera.