Kronaka
Sewwieq ta’ mutur jindarab f’ħabta ma’ karozza f’St Andrew’s

Sewwieq ta’ mutur indarab f’inċident tat-traffiku f’St Andrew’s.  L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq Sant’Andrija.

TVM huwa infurmat li l-ħabta saret bejn mutur li kien misjuq minn raġel ta’ 40 sena mill-Kosta tal-Avorju u karozza misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mis-Swieqi.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.  Il-qagħda tiegħu għadha mhix magħrufa.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.