Kronaka
Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’ħabta f’Birżebbuġa

Finlandiż ta’ 31 sena li joqgħod l-Imrieħel weġġa’ gravi meta kien involut f’inċident f’Birżebbuġa.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kienet infurmat bl-inċident fi Triq Għar Dalam għal xi l-9.45am.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn mutur KTM misjuq mill-Finlandiż u karozza VolksWagen Golf misjuqa minn raġel ta’ 22 sena li joqgħod Ħal Għaxaq.

Tim mediku mar fuq il-post tal-inċident u s-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.