Kronaka
Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’ħabta f’Ħaż-Żabbar

Raġel ta’ 25 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur f’Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq Villabate lbieraħ, għal xi s-6.30pm.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza Mitsubishi, misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar, u mutur SYM, misjuq mir-raġel, li huwa Indjan u joqgħod Raħal Ġdid.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.