Kronaka
Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’ħabta ma’ karozza fil-Gudja

Raġel ta’ 45 sena li joqgħod iż-Żurrieq weġġa’ gravi f’inċident ilbieraħ filgħaxija fil-Gudja. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għal xi s-6.00pm fi Triq Dawret il-Gudja.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Gudja, u mutur Yamaha Crypton R, misjuq mir-raġel ta’ 45 sena.

Fuq il-mutur, kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 17-il sena li wkoll joqgħod iż-Żurrieq, li b’xorti tajba ma weġġax.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.