Kronaka
Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident fiż-Żurrieq

Għall-ħabta tal-ħdax u nofs tal-bieraħ filgħaxija seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħ impatt bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 73 sena miż-Żurrieq u mutur misjuq minn raġel ta’ 63 sena minn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura fejn ġie ċċertifikat li qed sofra ġrieħi gravi minħabba ksur.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Lokali

Aktar minn għaxar kumpaniji Maltin li jipproduċu l-logħob diġitali u mis-settur tal-e-sports qed jirriklamaw is-servizzi tagħhom fl-akbar fiera Ewropea tal-video games u e-sports – f’Gamescom fil-Ġermanja. Din hija t-tieni darba…

Parlament

Wara li lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Paul Muscat Terribile, kienu bosta dawk li esprimew sogħba għall-aħbar u sellmu l-memorja tiegħu. Fosthom l-Ispeaker Anġlu Farrugia f’isem il-Parlament, li fakkar fil-kontribut ta’…

Qorti

Sentenza sospiża għal Jordan Azzopardi wara li ammetta akkużi li rċieva apparat elettroniku misruq b’valur ta’ €32,000 bi tpartit mad-droga. Iż-żagħżugħ ta’ 30 sena madankollu għadu miżmum il-ħabs fuq proċeduri…

Aktar