Kronaka
Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident il-Mellieħa

Xufier ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li sofra ġrieħi gravi  f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.50am fi Triq il-Fortizza, il-Mellieħa.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li ġrat ħabta bejn mutur Kawasaki 125, misjuq minn raġel barrani li jgħix il-Mellieħa stess, u karozza Honda Fit, misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti l-Mellieħa.

Il-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li ndarab gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.