Kronaka
Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Fgura, weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.10pm fi Triq Kristu Re, f’Raħal Ġdid bejn vettura u mutur.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn il-vettura tal-għamla Peugeot, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 21 sena residenti Raħal Ġdid, u l-mutur tal-għamla Yamaha, li kien qed jinstaq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Avukati Adrian Delia u Bernard Grech huma ż-żewġ membri tal-Partit Nazzjonalista li urew interess jikkontestaw għall-elezzjoni ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista. Iż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali biex dawk li jridu jikkontestaw jiddikjaraw…

COVID-19

Wieħed mill-persuni li nstabu pożittivi fl-aħħar sigħat huwa gwardjan tal-ħabs. Kelliem għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qal lil TVM li waqt il-proċess ta’ contact tracing il-ħaddiem sostna li kien mar l-isptar…

Saħħa

L-għaqda mhux governattiva Hospice Malta ngħatat madwar €1 miljun mill-gvern bħala sostenn għall-ħidma li twettaq fost 1,300 familja fejn hemm każi ta’ mard serju bħal kanċer, motor neuron disease, mard…

Aktar