Kronaka
Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 32 sena, weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku bejn van u mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq Gedrin, ir-Rabat, Għawdex.

Il-ħabta seħħet bejn van Isuzu Rodeo misjuq minn raġel ta’ 40 sena, residenti l-Għarb u mutur Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 32 sena, residenti Għajnsielem.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.