Kronaka
AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur jitlef ħajtu f’inċident f’Għajnsielem

Taljan li kien qed isuq mutur tilef ħajtu traġikament f’Għawdex.

F’inċident li seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Qala, Għajnsielem, għal xi raġuni l-mutur misjuq minn Taljan ta’ 43 sena kien involut f’ħabta ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 30 sena min-Nadur.

It-Taljan ittieħed għall-kura l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-kundizzjoni tiegħu mill-ewwel dehret li kienet kritika u ftit tal-ħin wara ġie ċertifikat mejjet l-isptar. Il-mara wkoll ittieħdet l-isptar għall-kura. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

Dwar l-inċident għaddejja inkjesta bil-Maġistrat. Il-Pulizija tad-distrett ta’ Għawdex ħejjew rapport dwar l-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar