Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 64 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta ‘head-on’ f’San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00am fi Triq Għajn Tuffieħa.

Il-Pulizija qalet li l-ħabta seħħet bejn mutur tal-għamla Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 64 sena li jgħix ir-Rabat, ma’ karozza Toyota Tercel misjuqa minn raġel ta’ 59 sena mill-Imġarr.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn iktar tard kien ikkonfermat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Fil-każ infetħet inkjesta bil-Maġistrat.

Il-karreġġjata fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Baħar kellha tingħalaq.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat…

Safar

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta…

Aktar