Kronaka
AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara li laqat raġel li allegatament prova jisirqu

Sewwieq ta’ mutur sofra xi ġrieħi wara li fid-daqqa u l-ħin ġie mwaqqaf minn raġel.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ TVM  li s-sewwieq tal-mutur tad-deliveries kien għaddej minn Triq il-Mosta f’Ħal Lija għall-ħabta tad-9pm. Spjegat li fi triq kien hemm raġel li beda jwaqqaf il-vetturi li kienu għaddejjin. Jidher li dan ir-raġel ħareġ fin-nofs waqt li kien ġej il-mutur, b’kawża li s-sewwieq tal-mutur laqat lir-raġel.

Persuna li tkellmet ma’ TVM spjegat li allegatament ir-raġel li qagħad f’nofs it-triq prova jisraq lis-sewwieq tal-mutur.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei.