
Sewwieq ta’ mutur ta’ 24 sena mill-Qrendi ttieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku.
L-inċident bejn mutur u vann seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq Ħal Far, Ħal Far bejn vettura tat-tip Ford Transit u mutur tat-tip Benelli.
Raġel ta’ 30 sena miż-Żurrieq, is-sewwieq tal-vann, ma weġġax.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur u permezz t’ambulanza huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.



Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ġimgħa, 06 ta’ Diċembru, 2019. Times of Malta Times of Malta jirrapporta li l-allegat moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ilbieraħ…
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…
Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…
Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…