Kronaka
AĠĠORNAT: Jitlef ħajtu s-sewwieq ta’ mutur li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Tilef ħajtu r-raġel mill-Filippini ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid aktar k mieni waranofsinhar.

Kienu għall-ħabta tal-16:15 x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata permezz ta’ telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq l-Irvellijiet 1958, f’Raħal Ġdid minħabba li kienet seħħet kollużżjoni.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari
li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Land Rover Discovery, li kienet qed
tinstaq minn raġel ta’ 37 sena minn Raħal Ġdid, u mutur tal-għamla Honda, li kien qed
jinstaq mill-Filippin.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-
mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid rigward dan il-każ għadhom
għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar