Kronaka
Sewwieq ta’ mutur u passiġġiera bi ġrieħi gravi wara inċident f’tal-Balal

Raġel u mara ndarbu gravi wara inċident bejn mutur u karozza fi Triq tal-Balal, limiti ta’ San Ġwann.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-21:30 meta seħħ impatt bejn mutur u karozza. Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 55 sena mis-Swieqi u miegħu kien hemm riekba mara ta’ 54 sena minn Tas-Sliema mentri l-vettura tat-tip Peugeot 308, kienet misjuqa minn mara ta’ 35 sena minn Ħaż-Żabbar.

Ir-raġel u l-mara passiġġiera tal-mutur ittieħu l-isptar għall-kura fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi żmien l-adolexxenza u fl-ewwel snin taż-żgħożija, kienet tevita li tieħu ritratti, għax saret tobgħod id-dehra tagħha. Dorothy Scicluna rrakkontat ma’ TVM kif kienet konxja li hija rqiqa aktar milli…

Sigurtà

L-interventi tal-lifeguards, li huma stazzjonati fil-bajjiet Maltin, huma kruċjali u ġieli jagħmlu d-differenza bejn ħajja u mewt. Żorna wħud mill-bajjiet Maltin u tkellimna mal-lifeguards dwar is-servizz li jagħtu. Il-ġurnata tipika…

Festi

Ħadd wara l-festa ta’ Santa Marija, illum ġew iċċelebrati tliet festi li jħaddnu elementi uniċi. TVM żar il-purċissjoni ta’ Santa Liena li ssir filgħodu, l-offerta għall-irfiegħ tal-istatwa ta’ Santa Marija…

Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Aktar