Toroq
Sewwieqa mitluba jsuqu bil-galbu qabel il-mini ta’ San Ġiljan direzzjoni lejn il-Kappara

Ritratt qed idur fuq il-midja soċjali bit-tama li jwissi lis-sewwieqa biex joqgħodu b’sebgħa għajnejn qabel il-mini ta’ San Ġiljan direzzjoni lejn il-Kappara.

Jidher li fit-triq Triq Dun Mikiel Anton Vassalli qed ikun hemm xi likwidu li jaf ikkawża l-inċident tal-bieraħ fejn Ian Camilleri, ta’ 30 sena tilef ħajtu u raġel ieħor jinsab fil-periklu tal-mewt.

Ara wkoll:

Raġel tilef ħajtu u ieħor fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn muturi u karozzi