Kronaka
Sewwieqa ta’ karozza tindarab gravi f’ħabta ma’ trakk

Mara ndarbet gravi wara ħabta ma’ trakk.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.50pm fi Triq Ħal Luqa, Ħal Qormi.

Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li seħħ impatt bejn vettura ta’ tip Chevrolet misjuqa minn mara ta’ 55 sena li tgħix Ħal Qormi u trakk ta’ tip DAF misjuq minn raġel ta’ 27 sena li jgħix Birżebbuġa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.