Kronaka
Sewwieqa ta’ mutur tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Sewwieqa ta’ mutur weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-mutur tal-għamla Yamaha kien misjuq minn Taljana ta’ 23 sena residenti n-Nadur Għawdex u Toyota kienet misjuqa minn raġel ta’ 63 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassisti lit-Taljana, fejn aktar tard hija kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-imxija tal-Coronavirus kompliet tinfirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, waqt li l-Italja l-iktar li għandha każi fl-Ewropa tidher li dieħla f’riċessjoni minħabba c-coronavirus. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin għal darb’oħra kkonferma li s’issa m’hawn…

Qorti

L-eks Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, Andre Camilleri qal li l-bank Pilatus ingħata l-liċenzja qabel irtira hu mill-Awtorità fl-2014 u ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-bank ma kellux…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Gvern jikkumpensa €20,000 lill-koppja Cachia minn Tas-Sliema wara li nkiser id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà b’valur potenzjali ta’ €700,000 minħabba liġijiet antiki tal-kera li minħabba fihom id-dar…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta’ 10 snin ħabs li ngħata raġel li nstab ħati li abbuża sesswalment minn kuġintu fuq perjodu ta’ seba’ snin minn meta kellha seba’ snin….

Aktar