Lokali
Is-sewwieqa tal-muturi xxukkjati wara l-mewt ta’ Daryl Aloisio

Fit-tieni inċident għal-lum, tilef ħajtu Daryl Aloisio ta’ 36 sena mill-Fgura meta ħabat bil-mutur li kien qed isuq fit-Triq il-Kosta fit-tieni inċident b’mutur li seħħ bejn il-Jum tal-Ħadd u tat-Tnejn.

Is-sewwieqa tal-muturi jinsabu f’xokk wara li għat-tieni darbi f’inqas minn jumejn, sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu kiesah u biered f’inċident mutur li għat-tieni darba seħħ fit-Triq il-Kosta. Il-vittma huwa Daryl Aloisio ta’ 36 sena mill-Fgura li miet l-isptar Mater Dei ftit ħin wara li ddaħħal wara li kellu inċident bil-mutur tiegħu meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha FZ6 u ħabat ma’ barrikati li hemm f’nofs it-triq biex jifirdu l-karreġġjati ta’ Triq il-Kosta.

Dan l-inċident seħħ ftit qabel is-sagħtejn u nofs, Fuq il-post issejħet minnufih ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ftit wara ġie ċċertifikat mejjet.

Aloisio kien magħruf sew fost il-komunità tal-bodybuilders. Kienu bosta qraba u ħbieb li esprimew is-sogħba tagħhom għall-mewt ta’ dan l-isportiv, speċjalment dawk li kienu jmorru jitħarrġu f’gym fiż-Żejtun, fejn Aloisio kien jaħdem bħala instructor. Fost bosta messaġġi ntqal kemm Aloisio kien bniedem ferrieħi.

Daryl huwa wkoll dilettant tal-muturi, kif jixhed ir-ritratt ma sħabu.

L-investigazzjoni dwar dan l-inċident qed isiru mill-pulizija mill-għassa tan-Naxxar. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia, li qed imexxi l-inkjesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Raġel ta’ 36 sena jitlef ħajtu f’inċident ieħor bil-mutur fi Triq il-Kosta

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Lokali

Il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qassam €150,000 lil għaxar Kunsilli Lokali biex jirrenovaw il-housing estates fil-lokalità tagħhom. Fost il-kunsilli li ngħataw il-fondi hemm tal-Marsa, il-Ħamrun, Santa Venera, il-Belt Valletta u…

Aktar