Saħħa
Sforz biex jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-ħaddiema li jbatu bl-artrite

F’Jum l-Artrite, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Artrite u r-Rewmatiżmu (ARAM) qalet li qed tmexxi kampanja bil-għan li tqajjem kuxjenza fuq l-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-pazjenti tal-artrite fuq il-postijiet tax-xogħol.

Skont l-aħħar stħarriġ tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, madwar 60,000 persuna f’Malta jbatu minn xi forma ta’ artrite. Hu stamt li llum in-numru ta’ pazjenti Maltin tela’ għal madwar 70,000.

Filwaqt li t-tobba għadhom ma skoprewx x’jikkawża l-artrite, il-ġenetika, it-tipjip u l-konsum żejjed tal-alkoħol huwa maħsub li jistgħu jwassal għal din il-marda.

L-artrite hi assoċjata l-iktar ma’ persuni mdaħħlin fl-età, iżda tista’ taffettwa lil kulħadd fosthom tfal żgħar. Jekk l-artrite tinqabad kmieni tista’ tkun ikkontrollata bi trattament li jinkludi pilloli u tilqim speċjalizzat.

Din is-sena, l-Assoċjazzjoni qed tmexxi l-kampanja ‘Time2Work’, biex tħeġġeġ lill-pazjenti bl-artrite jibqgħu fid-dinja tax-xogħol, għax l-artrite tista’ tiġi kkontrollata.

L-Assoċjazzjoni qed tippjana li tibda taħditiet mal-għaqdiet ta’ min iħaddem u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti biex tinstab triq komuni ‘l quddiem.

Il-President tal-Assoċjazzjoni, Mary Vella, appellat lil min iħaddem biex jadotta prattiċi inklussivi bil-għan li l-ħaddiema bl-artrite ma jħossuhomx skomdi u mwarrba fuq il-postijiet tax-xogħol.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 43 sena minn Ħal Tarxien ġie kkundannat 18-il xahar ħabs u mmultat ħames mitt ewro wara li ġie akkużat bi traffikar u pussess ta’ droga u li huwa…

COVID-19

Minn nhar il-Ġimgħa li għadda reġgħu bdew isiru l-funerali taħt għadd ta’ direttivi differenti. Fost id-direttivi hemm li l-funerali jistgħu jsiru fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes…

Solidarjetà

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tat donazzjoni ta’ €13,000 lill-Ministeru għas-Saħħa għall-ħidma u dedikazzjoni kollha li saret biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 f’Malta u Għawdex. Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa…

Aktar