Qorti
Shannon Mak kellha qatgħa fonda fil-gerżuma

Shannon Mak, li nstabet maqtula f’Santa Venera kellha ferita m’għonqa li saret minn daqqa ta’ sikkina.

Fil-Qorti Jelle Rijpma qed ikun akkużat bil-qtil tagħha, li min-naħa tiegħu wieġeb mhux ħati.

Fil-Qorti nstema’ li l-Pulizija għall-ħabta tas-6.15am nhar it-3 t’Awwissu rċevew telefonata fejn ġew mgħarfa li kien hemm persuna mitluqa fi Triq il-Mastrudaxxi, Santa Venera. Il-Pulizija sabet lil mara bejn karozza u ħajt f’għadira demm, bit-tobba jiċċertifikawha li kienet mejta.

Il-Qorti semgħet kif Shannon Mak kellha qatgħa fonda fil-gerżuma u tbenġil f’għajnejha u fuq wiċċha.

Allegatament hija ġiet maqtula b’sikkina żgħira b’manku iswed. Hija nstabet flimkien ma’ mobile.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Iwieġeb mhux ħati li qatel lil Shannon Mak

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

164 pajjiż fosthom Malta iffirmaw dak li qed jissejjaħ Patt Globali dwar l-Immigrazzjoni Ordnata u Regolari. Waqt ċerimonja f’Marrakech fil-Marokk, intqal li dan il-patt se jwassal għall-immaniġġjar aħjar tal-migrazzjoni f’tentattiv…

Lokali

L-iskart organiku li beda jinġabar fl-aħħar xahar u nofs diġà qed jiġġenera l-enerġija daqskemm tintuża minn aktar minn 6,000 familja. Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv David Borg qal lil TVM li l-iskema…

Lokali

L-Awditur Ġenerali innota li t-tisħiħ fil-liġi tal-volontarjat li saru din is-sena għandhom isaħħu jdejn il-Kummissarju tal-Volontarjat fil-funzjoni regolatorja u l-governanza fis-settur tal-volontarjat. F’rapport li ppreżenta lill-Parlament, l-Awditur Generali Charles Deguara…

Lokali

Għalkemm qed ngħixu f’dinja li saret raħal u miżgħud b’mezzi teknoloġiċi, qed tikber il-pjaga tas-solitudni u magħha l-esklużjoni soċjali. Il-problema tinħass fil-faxex kollha tas-soċjetà, mit-tfal sal-anzjani u taf tiggrava fiż-żminijiet…

Aktar