Annimali
Klieb il-baħar u ħamiem il-baħar mormija f’Delimara

Speċi differenti ta’ klieb il-baħar, li jinkludu pixxivolpi u mazzola, fost oħrajn, kif ukoll speċi ta’ ħamiem il-baħar, fl-aħħar jiem ġew mormija fil-baħar fl-inħawi ta’ Delimara.

Il-bioloġista marittimu, Alan Deidun, qal li dawn il-ħlejjaq spiss jintremew flok ma jiġu mibjugħa peress li ma jġibux valur għoli fis-suq.

Il-Professur Deidun qal li din hija ħasra, anki għaliex dawn il-ħlejjaq jitkattru inqas mill-ħut komuni li jaqa’ fil-klassi ta’ ‘bony fish’.

Sadanittant, persuni li għamlu kuntatt ma’ TVM qalu li din hija xena komuni f’dawn l-inħawi. Ara r-ritratt:

Ara wkoll:

14-il kelb il-baħar meħlusa fil-baħar