SHout isejħu d-deċiżjoni tal-Ornis “indiċenti”

Saviour Balzan mill-kampanja SHout kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa sejjaħ bħal “indiċenti” d-deċiżjoni tal-kumitat Ornis li l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa jiftaħ fl-istess waqt li għaddejja kampanja għal referendum storiku biex il-kaċċa fir-rebbiegħa tieqaf darba għal dejjem.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-bini tal-MEPA fil-Marsa, Saviour Balzan qal li d-deċiżjoni tal-kumitat Ornis tmur kontra kull evidenza xjentifika li turi li hemm alternattiva għall-kaċċa fir-rebbiegħa u agħar minn hekk kontra proċess demokratiku li għaddej.

Moira Delia ħeġġet lill-votanti biex fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Ornis, fil-11 ta’ April jivvutaw Le.

Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet, Saviour Balzan waħħal avviż tal-MEPA mad-daħla tal-bini fejn hemm id-Direttorat tal-Ambjent.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 22 sena kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ntlemaħ mill-Pulizija jagħti d-droga lil sieħbu waqt lejl ta’ divertiment f’Paceville. Kien lejliet l-Ewwel tas-Sena tal-2016, meta Surġent u…

Politika

Rappreżentanti tal-PN ħawlu 55 siġra f’Wied Għollieqa immaniġġjat mill-għaqda Nature Trust, fl-okkażjoni tal-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza. Is-siġar li tħawlu huma tal-ħarrub, taż-żebbuġ, taż-żnuber, tal-alaternu, tar-rihan, ta’ klin u taċ-ċipress. Il-Kap…

Festi

Fid-dawl tal-każ tal-Kappillan Deo Debono li qed jiġi implikat fis-serqa ta’ arti sagra, is-sagristan tal-parroċċa kkonferma ma’ TVM li l-festi esterni ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta tħassru. Ikkuntattjat minn TVM,…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jemmen li l-Ewroparalamentari Nazzjonalisti ser jimxu mad-direzzjoni tal-partit u jivvutaw favur in-nomina ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew fl-aqwa interess tal-pajjiż. Intervistat ilbieraħ filgħaxija fid-Dar…

Aktar