Toroq
Sibt jew tlift xi pjanċi fil-maltemp li għamel?

Fi stqarrija, il-pulizija fakkret lill-pubbliku li għandu jsir rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija jekk intilfu xi pjanċi ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi.

Dan, qalet il-pulizija, huwa rikjest biex is-sid jiġi infurmat f’każ li din tinstab jew sabiex tinħareġ pjanċa oħra mill-awtorità responsabbli – Transport Malta.

Persuna li ssib xi pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ vettura, huwa marbut bil-liġi li jeħodhom fl-eqreb għassa. Il-Pulizija qalet li mbagħad tikkuntattja lis-sidien rispettivi sabiex il-pjanċi jinġabru.

Aħbarijiet Oħra

L-edukaturi daħlu lura f’107 skola statali madwar il-pajjiż biex tingħata bidu għas-sena skolastika 2020/21, wara li fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati aktar minn 50 miżura u wkoll wara li sar…

Mil-lum, kull min iġedded jew japplika għall-Karta tal-Identità Maltija se tinħariġlu waħda ġdida li hija teknoloġikament avvanzata li tinkludi fiha numru ta’ security features ġodda, immirati biex iħarsu aħjar l-identità…

“Is-suċċess li tkun implimentata strateġija għall-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa ppruvat mill-fatt li l-Korp diġà beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Din hija wkoll xhieda ta’ kemm il-proċess għat-trasformazzjoni tal-istrateġija tal-Korp huwa…

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa 27 persuna f’Malta ħarġu pożittivi għall-Covid-19 minn fost 2,302 swab test. Ħabbru wkoll li 41 ruħ ġew dikjarati li fiequ mill-virus. Minn Marzu…

Aktar