Lokali
‘Sibtek’ b’ħin ġdid u b’dehra għalkollox differenti

‘Sibtek’ ta’ din is-sena se jkollu dehra kompletament ġdida, mhux biss fl-estetika li se tkun ferm aktar moderna iżda anki fil-kontenut tal-programm.

L-ewwel mistiedna li se jagħtu l-ħajja lill-programm huma Ray Attard, Christabelle Borg, Clare Agius u Charles Borg. Lil hinn minn dak li se jkollhom x’jirrakkuntaw fil-beraħ, xi ħadd minnhom se jkollu jgħaddi minn blind date dirett waqt ‘Sibtek’.

Tirritorna wkoll il-vip house, u din is-sena l-mużika se tindaqq kollha kemm hi b’mod dirett flimkien ma’ Christian Arding.

‘Sibtek’ jixxandar mill-12.15pm ‘il quddiem fuq TVM.