Kurżitajiet
‘Sibtek’ bi programm speċjali għal Jum il-Missier

B’Jum il-Missier wara l-bieb, ‘Sibtek’ tal-lum se jkun mimli missirijiet li għandhom storja x’jaqsmu mal-pubbliku.

Fost il-mistiedna, Ronald Xmun Borg li miegħu jħaddem lil erba’ wliedu.

‘Sibtek’ se jlaqqa’ lill-pubbliku wkoll ma’ Vince Baldacchino li apparti li huwa imprenditur popolari huwa wkoll missier. Fost l-oħrajn, se jistqarr kif anki f’mumenti mhux faċli huwa kompla jibni fuq is-suċċessi kbar tiegħu.

Illum ukoll, Mark Spiteri Lucas se jitkellem dwar l-imħabba kbira li ħass meta ħaddan miegħu lil bintu għall-ewwel darba.

Spazju wkoll għar-rebbieħa ta’ ‘Malta’s Got Talent’, Jomike u Lydon li għandhom sorpriża għal xulxin għal Jum il-Missier.

‘Sibtek’ jixxandar illum fis-1.15pm fuq TVM.