Televiżjoni u Radju
‘Sibtek’ illum mingħajr udjenza iżda jżommlok kumpanija b’għadd ta’ mistiedna

Fl-isfond tal-Covid-19, ‘Sibtek’ illum jixxandar mingħajr udjenza. Madanakollu, Ryan u Josmar, bħal kull nhar ta’ Sibt, ħejjew programm mimli daqs bajda b’għadd ta’ mistiedna li lkoll ser jiftħu qalbhom, bil-għan li fost l-oħrajn iżommu kumpanija lill-poplu Malti u Għawdxi li f’dawn il-jiem imħeġġeġ jibqa’ d-dar.

Fost il-mistiedna, il-kantant Kevin Borg jitkellem fuq kif reġà sab l-imħabba u ħa r-ruħ wara żmien diffiċli.

F”Sibtek’ ukoll, Abigail Mallia, u l-atturi Clayton Pace u Lenies Gauci li fost l-oħrajn se jirrakkuntaw kif qed jgħixu l-ħajja ta’ ġenituri mindu twieled binhom Noah.

Mistiedna wkoll, Elaine Sammut, li se tiftaħ qalbha fuq l-eks raġel tagħha u s-separazzjoni li għaddiet minnha.

‘Sibtek’ illum, fis-12.45pm, fuq Television Malta.

#Stayhome #Staysafe #watchsibtek

Gepostet von Sibtek am Donnerstag, 19. März 2020

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Televiżjoni u Radju

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm…

Televiżjoni u Radju

Il-Papa Franġisku llejla ser imexxi mument straordinarju ta’ talb mill-Vatikan, fid-dawl tal-pandemija li ħakmet il-pajjiżi madwar id-dinja. Minn Pjazza San Pietru, mingħajr nies preżenti fil pjazza, ser tiġi pproklamata l-Kelma…

Televiżjoni u Radju

Kull bidu għandu tmiem. Il-programm ‘X’sar minnhom’, li minn Ottubru ‘l hawn laqqa’ lit-telespettaturi ta’ Television Malta ma’ għadd ta’ personalitajiet Maltin li f’dawn l-aħħar snin tbiegħdu xi ftit jew…

Aktar