‘Sibtek’ illum ser ilaqqagħna ma’ Dr Lydia Abela

Wara s-suċċess liema bħalu li kiseb bl-ewwel programm, ‘Sibtek’ illum ser jissokta b’aktar taħdidiet ras imb ras ma’ aktar personalitajiet lokali.

Fost il-mistiedna tal-lum, tispikka Dr Lydia Abela. Dr Abela, fost l-oħrajn, ser titkellem dwar il-ħajja privata tagħha, it-tfulija, kif ukoll fuq kif iltaqgħet mal-Prim Ministru. Waqt ‘Sibtek’ illum, b’mod  esklussiv, se jixxandru wħud mis-siltiet tat-tieġ tagħhom.

F’Dr Lydia, skont ħutha, tispikka l-kapaċità li torganizza kull avveniment tal-familja b’suċċess. Jistqarru wkoll, li meta kienet għadha żgħira Dr Lydia kienet tħobb timita.

Illum ukoll, għadd ta’ koppji li biddlu l-pjanijiet taż-żwieġ għal darba tnejn tlieta. Mistieden illum ukoll, min kien għall-vokazzjoni tal-kleru u ma baqax.

F”Sibtek’ illum ma jonqsux il-logħob fi ħdan l-istudio kif ukoll fuq barra. Wara l-ikla ta’ nofsinhar, lesti kikkra te, poġġi fuq is-sufan u segwi ‘Sibtek’. Illum, fis-1.15pm fuq TVM.