Annimali
Sid Cindy se jitressaq il-Qorti wara li allegatament sawwatha b’biċċa għodda

L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati qalet li qed tieħu ħsieb kelba li ġiet ikkonfiskata mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali.

Il-kelba, li jisimha Cindy, ittieħdet lil sidha wara li d-dipartiment irċieva filmat li fih sidha allegatament jidher isawwatha b’biċċa għodda tal-għalqa.

L-għaqda qalet li s-sid mistenni jitressaq il-Qorti mixli b’moħqrija, u sadanittant Cindy se tkun qed tissewwa u se jitneħħielha wkoll tumur li għandha f’sidirha.

L-AAA qalet li Cindy hija kelba mill-iktar ġentili, u trid biss titgħannaq u tkun maħbuba.