Qorti
Sid ta’ bar fiż-Żejtun mhux ħati li attakka klijent

Albert Mifsud ta’ 60 sena nħeles mill-akkużi li darab gravi raġel fil-bar tiegħu fiż-Żejtun minħabba nuqqas ta’ provi. Il-Maġistrat Doreen Clarke nnotat li l-unika xhieda kienu l-vittma u l-akkużat.

L-inċident seħħ f’Awwissu tal-2017 fir-Red Stars Bar, wara li allegatament il-vittma xorob żewġ grokkijiet, b’żewġ xhieda jagħtu verżjonijiet konfliġġenti ta’ dak li suppost seħħ.

Il-vittma qal li l-barman kien offrielu iżjed xorb u hu baqa’ jirrifjuta, fejn allega li kien offrielu wkoll xi ħaġa oħra apparti x-xorb. Qal li meta wasal Mifsud offrielu xarba oħra, iżda għal darb’ oħra rrifjuta, u kien hawn li allegatament Mifsud qabad jagħtih.

Min-naħa l-oħra l-barman qal li l-vittma kien ilu jdejjaq lin-nies fil-bar, u li l-ġlieda nqalgħet meta talbu lill-klijent  biex jitlaq mill-bar.

Il-Maġistrat qalet li ma ħarigx b’ċertezza x’kien il-mottiv li wassal għall-ġlieda.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera. L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74…

Kronaka

Dalgħodu tilfet ħajjitha l-anzjana li ttajret 4 xhur ilu f’San Ġwann. Hija mietet fl-isptar Mater Dei fejn kienet ilha minn dik inhar tal-inċident f’koma kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet f’rasha….

Enerġija

L-Awtorità tal-Ippjanar għamlet numru ta’ emendi fil-policy dwar il-pompi tal-petrol, li huma bbażati fuq il-proposti li ġew sottomessi fil-konsultazzjoni li saret aktar kmieni din is-sena. L-Awtorità qalet li fost it-tibdiliet,…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għandu fiduċja sħiħa fiċ-Chairman, il-Kap Eżekuttiv u l-bord kollu tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA, li saħaq li hija istituzzjoni indipendenti u awtonoma. Dr Muscat ġie…

Aktar