Sid tal-ħanut Tyson Butcher jingħata l-libertà proviżorja

Jonathan Pace ta’ 31 sena mill-Gudja, li kien sid tal-ħanut Tyson Butcher, ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €,1000 u garanzija personali ta’ €4,000.

Hu qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu aktar kmieni din is-sena fi sparatura fl-Imsida.

L-Ispettur Keith Arnaud ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest iżda l-avukati tal-akkużat, Joe Giglio u Gianella Demarco argumentaw li ma kienx ġust għall-klijent tagħhom li jkun imċaħħad mil-libertà meta l-vittma kien diġà xehed.