Lokali
Is-sid tal-proprjetà fi Spinola se jħallas l-aħħar pagamenti lill-gvern sa tmiem is-sena

Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi kompla jisma’ x-xhieda fuq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-proprjetà u l-parti quddiem il-baħar fi Spinola li fl-2012 kienet trasferita mill-gvern lill-privat.

Fis-seduta tal-lum xehed Vincent Farrugia li l-kumpanija tiegħu akkwistat din il-proprjetà, li skont l-Awditur ngħata bi prezz li ma kienx jirrifletti l-valur tagħha fis-suq. Is-sur Farrugia qal li l-iżvilupp li sar fil-binja jiswa bejn €9 u €10 miljun.

Id-Deputat Laburista Robert Abela qal illi l-istima tas-Sur Farrugia tagħti raġun lill-istima tal-Awditur Ġenerali anke jekk il-Gvern daħħal biss €35  minn dan il-kuntratt.

Is-Sur Farrugia qal li ma kienx qabel mal-Qorti tal-Appell li fl-2009 ordnat li l-binja ta’ ħdejn il-baħar titwaqqa’. Baqa’ jsostni li dik kienet tiegħu u għalhekk saru taħditiet mad-Dipartiment tal-Artijiet biex tinstab soluzzjoni.

Dwar il-protesti li saru mir-residenti ta’ San Ġiljan u tal-Kunsill lokali, is-Sur Farrugia allega li dawn saru għax il-gvern Nazzjonalista kien wiegħed li jsiru l-boathouses.

Huwa qal ukoll illi l-Avukat Ġenerali ta’ dak iż-żmien, Anthony Borg Barthet, kien ta l-parir li l-art ma kinitx tal-Gvern, bid-deputat Robert Abela jirrimarka illi s-sentenza tal-Qorti ċaħdet dan il-parir.

Is-sur Farrugia qal li qatt m’attenda għal laqgħat mal-Ministru ta’ dak iż-żmien, Jason Azzopardi. Is-Sur Farrugia sostna li saru żbalji mid-Dipartiment tal-Artijiet meta talab aktar minn €900,000 – somma li qal kienet esaġerata.

Is-Sur Farrugia qal lill-kumitat li se jħallas l-aħħar żewġ pagament lill-gvern sa l-aħħar tas-sena.

Fuq mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, is-Sur Farrugia qal li l-Ministru Azzopardi m’għamillu l-ebda pjaċir iżda għarrqu għax ġie mġiegħel iħallas għal proprjetà li kienet tiegħu diġà. Huwa ammetta li biegħ żewġ appartamenti fil-binja għall-prezz ta’ €700,000.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

L-għafsa ta’ qalb tan-nanniet li huma mċaħda min-neputijiet minħabba sitwazzjonijiet familjari reġgħet tqajmet fil-Parlament waqt sessjoni speċjali li kienet iddedikata lin-nanniet. Tressqet ukoll petizzjoni biex isiru emendi fil-liġijiet li jissalvagwardjaw…

Infrastruttura

Il-proġett sar b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria li għalih kiseb ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-post ilu jservi ta’ spazju rikreattiv għat-tfal għal kważi ħamsin sena. Is-Sindku, Samuel Azzopardi, qal li…

Qorti

Raġel li kien qed isuq mutur bla liċenzja meta ntlaqat minn karozza, xorta waħda kien ikkumpensat għad-diżabbiltà li sofra kawża tal-inċident. Massimo Bonello ta’ 45 sena fetaħ kawża quddiem il-Qorti…

Xogħol

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li x-xahar li għadda kien hemm 1,787 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan juri li kien hemm tnaqqis fil-qgħad ta’ 702 persuni meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena…

Aktar