Lokali
Sidien ta’ ġonna privati ġabru aktar minn 400kg frott għall-festa taċ-ċitru

Sidien ta’ ġonna privati f’Ħal Lija ġabru ‘l fuq minn erba’ mitt kilo frott taċ-ċitru għall-festa annwali taċ-ċitru. Hal Lija hija waħda mit-tliet irħula magħrufa għal ħafna djar u vilel privati b’ġonna mill-isbaħ li fihom mijiet ta’ siġar li jagħtu frott taċ-ċitru bnin ħafna.

Fl-antik fejn hemm it-torri ta’ Belvedere kien jagħmel parti mill-ġonna sbieħ ta’ Villa Gourgion li kienet miżgħuda bis-siġar fosthom dawk taċ-ċitru.

Sidien ta’ ġonna privati rnexxielhom jiġbru bejniethom ‘il fuq minn erba’ mitt kilo ta’ frott taċ-ċitru mis-sigar tagħhom biex ifornu lill-festa annwali taċ-Ċitru f’Ħal Lija li tiġi organizzata mill-kunsill lokali u li issa daħlet fis-sbatax-il edizzjoni tagħha.

L-għozza għall-ġonna u s-siġar jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra fi ħdan il-familja. Amelia Schembri għalkemm għandha 12-il sena, diġà għandha għarfien dwar kif kif tieħu ħsieb is-siġar.

”Skont x’tip ta’ siġra ħa tarma, sweet organges, tliett xhur, jekk tarma tad-demm skont kemm jieħdu żmien u kemm ssaqqihom perfett, u tkun preċiż mas-sigar” qalet Amelia Schembri.

Is-sindku ta’ Ħal Lija, Magda Magri Naudi, qaltilna li din il-festa hija għal qalbha għax minnha joħroġ ħafna ġid, anki dak edukattiv meta n-nies jingħataw pariri kif jistgħu jipprevjenu mill-mard, bit-teħid tal-frott.

“Huwa importanti li n-nies, żgħar, kbar, anzjani, jieħdu ċ-ċitru regolari, jibdew biċ-ċitru, lumi magħsur bil-misħun biex jitnaddfu u jipproteġu ruħhom” qalet is-Sinjura Magri Naudi.

Fil-festa Ċitru wieħed seta’ japprezza l-benna tal-frott u saħansitra prodotti oħra mill-frott u s-siġar taċ-ċitru bħal mhu l-ilma żagħar u fwejjaħ li jsiru minnhom u li anke qed jintuża biex innaqsu t-tensjonijiet tal-ħajja.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Għadd ta’ bdiewa dalgħodu mblukkaw id-daħla għall-faċilitajiet tal-Wasteserv fil-Magħtab bi protesta għall-pjani biex tespropja 250,000 metru kwadru ta’ raba’ għat-tkabbir tal-faċilitajiet tagħha. Il-bdiewa pparkjaw l-inġenji tagħhom qrib ir-roundabout bejn Triq…

Avjazzjoni

Dilettanti tal-avjazzjoni il-Ġimgħa filgħodu kellhom x’jaraw hekk kif fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta niżlu grupp ajruplani Saudi Hawks, tat-tip BAE Hawk. Dawn jagħmlu parti mit-tim akrobatiku tar-Royal Saudi Air Force. Huma…

Politika

Ippubblikat dokument għall-konsultazzjoni pubblika bil-proposti tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, dwar kif għandu jiġi regolat il-lobbying minn individwi jew assoċjazzjonijiet li jippruvaw jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-gvern biex jieħdu vantaġġ privat. Il-Kummissarju Geoge…

Aktar